Permezz tal-Budget ippreżentat għas-sena d-dieħla tħabbar investiment f’sistema ġdida elettronika li tippermetti nutara li jissottomettu n-noti b’mod diġitali bl-użu ta’ firma elettronika kwalifikat.
Dan f’investiment fl-operat ta’ Identity Malta fejn saħansitra ser ikomplu jkunu msaħħa is-servizzi tal-eID sabiex fost l-oħrajn titnaqqas l-użu tal-karta. Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana nnota kif ġie implimentat titjib fil-pjattaforma elettronika tas-single permit u qed isir xogħol fuq l-estensjoni tal-pjattaforma elettronika għal ċittadini ta’ nazzjonalità terza u dawk Ewropej.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI