Se tibda l-ewwel fażi tal-proġett tal-Culture Hub fil-Marsa. Din hi waħda mill-wegħdi l-kbar tal-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’.
Il-proġett jinkludi 30 workshop interattiv, 22 workshop għall-karrijiet tal-Karnival u tmien workshops għall-kostumi tal-Karnival.
L-ispazju jkopri kważi 12,650 metru kwadru u se jkun fih ukoll faċilitajiet għaż-żeffiena, mużew tal-arti performattiva, ċentru awdjoviżwali u 18-il studio għall-gruppi li jdoqqu l-mużika rock.