Għall-14-il sena konsekuttiva, fil-lejn ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira se jkun qed issir il-pellegrinaġġ mill-Mellieħa għall-Isla. Is-sena l-oħra aktar minn 10,000 persuna ipparteċipaw f’din il-mixja u din is-sena huwa mistenni li n-numru ta’ nies jiżdied.
Din il-mixja bdewha Joseph Vella u r-raġel ta’ bintu Glenn mill-Mellieħa iżda sena wara l-oħra n-nies li qed jipparteċipaw f’din il-mixja żdiedu sew. Din il-mixja issir b’risq Puttinu Cares. Is-sena l-oħra nġabru aktar minn €100,000. Il-parteċipanti huma mitluba li jagħtu donazzjoni ta’ €10 jew aktar.
Kulħadd huwa mistieden jipparteċipa f’din il-mixja nhar il-Ġimgħa 14 ta’ April li se tibda fis-2.00am minn Misraħ iż-żjara tal-Papa l-Mellieħa. Il-mixja se ddum madwar 4 sigħat. Dawk li jipparteċipaw se jkunu qed jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni. Se jkun qed jiġi offrut mill-Isla għall-ħabta ta’ nofsilejl.
Dawk interessati jistgħu jċemplu fuq 9999 1800.