Il-kumpanija tal-gvern Olandiż li tmexxi s-sistema tal-ferrovjarja qalet li se tħallas miljuni ta’ ewro f’kumpens lill-vittmi tal-Olokast u l-qraba tagħhom.
NS qalet li qalgħet miljuni meta mqabla ma’ llum, hekk kif trasportat familji Lhud lejn kampijiet Nazzisti.
Madwar mija u sebat elef Lhudi ttieħdu lejn Westerbork, fejn il-maġġoranza tagħhom ġew deporatati lejn Auschwitz u Sobibor.
Ħamest elef persuna biss ma nqatlux.
Il-kumpanija NS qalet li din kienet paġna sewda fl-istorja tagħha. Skużat ruħha fl-elfejn u ħamsa tal-irwol li kellha, filwaqt li f’Novembru tas-sena l-oħra nediet kummissjoni sabiex ikun deċiż kemm għandhom jitħallsu.