Id-Direttorat tal-Istandards fis-Saħħa ippubblika l-ismijiet ta’ numru ta’ stabbilimenti li jaqgħtu taħt friegħi differenti tas-saħħa pubblika, li permezz ta’ proċess ta’ liċenzjar dak li jkun jista’ jserraħ moħħu li s-servizz li se jieħu huwa wieħed sigur u qed iħares il-liġi.
Issa uffiċċjali mid-Direttorat qed jappella lill-pubbliku biex jagħmel użu minn din il-lista biex ikun mgħarraf dwar fejn għandu jirrikorri għal servizzi ta’ tpinġija, fiżjoterapija u dentistrija fost oħrajn.