Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar kif se jitwaqqaf bord indipendenti sabiex jevalwa l-proċeduri interni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fi stqarrija l-Ħadd filgħaxija ntqal kif fl-aħħar ġimgħat, il-Ministeru kien f’kuntatt kontinwu mal-bordijiet stabbiliti skont il-liġi u anke ma’ professjonisti li jservu fil-ħabs sabiex ikun stabbilit dan il-bord indipendenti.
Intqal kif fis-sigħat li ġejjin se jitħabbru t-termini ta’ referenza ta’ dan il-bord.
Hawnhekk se jitħabbru l-persuni li se jmexxu dan il-bord, b’dan se jkun indipendenti minn inkjesta Maġisterjali oħra.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/08/08/prigunier-l-isptar-wara-li-ghamel-attentat-ta-suwicidju/