Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, qal li se jkun qed iressaq provi fil-Qorti li permezz tagħhom se jkisser dak li vvintat Daphne Caruana Galizia.
“Suppost iġib il-provi Beppe Fenech Adami u l-ħabiba tiegħu Daphne Caruana Galiza. Għax min jallega jrid iġib il-provi. Peró jien se nagħmel bil-maqlub u nġib il-provi jien,” qal Cardona fil-programm Xtra fejn reġa’ kkonferma li se jiftaħ libelli lil Daphne Caruana Galizia.
“Irrepeti dak li qalet Daphne, ħa ngħamillek libell għada,” qal Cardona li f’ġimgħa fejn ħarġu dawn l-invenzjonijiet fuqu mar fuq it-televiżjoni jidibatti u jwieġeb id-domandi. Differenti minn Caruana Galizia li wara li ħarġet bl-allegazzjonijiet ma ridetx tintervjeni fil-programm.