“Nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru se nippreżentaw budget b’ruħ soċjali li se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.” Qal dan fuq il-midja soċjali l-Prim Ministru Robert Abela.
Dr. Abela sostna li minkejja ċ-ċirkostanza li qed ngħixu bħalissa minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-Gvern se jippreżenta budget b’saħħtu u ambizzjuż.
Il-Prim Ministru Abela saħaq li l-għan ewlieni ta’ dan il-budget huwa li jindirizza setturi partikolari li permezz tagħhom l-Gvern se jkompli joħloq stimulu ekonomiku li jasal f’kull faxxa tas-soċjetà.