Il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tan-nanna tiegħu li ġiet nieqsa fl-aħħar sigħat. Fuq il-midja soċjali l-Prim Ministru kiteb: “Se nimmisjawk nann. Grazzi ta’ kemm ħabbejtna.”
Tul is-snin il-Prim Ministru dejjem rrefera għan-nanna Lukarda bħala sors ta’ enerġija u kuraġġ. Lukarda hija omm il-President Emeritu, George Abela.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aħħar tislima se isir nhar it-Tnejn li ġej 13 ta’ Frar 2023 fid-09:30, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi