“Se nibqgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.”
Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela quddiem folla sabiħa ta’ nies li nġabret quddiem iċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żabbar.
Il-Prim Ministru nnota r-ritmu b’saħħtu ta’ ħolqien tax-xogħol li għaddej u saħaq kif dan il-Gvern se jżommu għall-erba’ snin li ġejjin.
“Aħna naħdmu kontinwent għat-tkabbir ekonomiku u bih noħolqu l-ġid u dan il-ġid inqassmuh mal-firxa wiesa’ tas-socjetà tagħna” temm jgħid Dr Abela.