“Se nibqa’ niġġieled” Hekk kien il-messaġġ ta’ Demi Lovato, kantanta ta’ fama mondjali, fl-ewwel stqarrija tagħha minn meta ttieħdet l-isptar wara li x’aktarx spiċċat b’overdose x-xahar li għadda.Fuq Instagram, Lovato ta’ 25 sena qalet “Minn dejjem tkellimt fil-beraħ dwar ħajti u l-vizzji li kelli.”
“Din mhix xi ħaġa li se titlaq biż-żmien iżda li rrid naħdem b’mod kontinwu biex ngħelibha,” qalet Lovato.
Mhux l-ewwel darba li hi tkellmet dwar il-vizzju tad-droga u l-ostakli li ltaqgħet magħhom matul iż-żmien fosthom li hi bipolar u kif ukoll dwar meta kienet tbati b’diżordni fl-ikel.