Fl-aħħar jum tiegħu fit-tmexxija tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta, Dr Muscat qal se jħoss ħafna n-nuqqas li jippjana t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna biex tissaħħaħ il-ġustizzja u l-mobilità soċjali. Dr Muscat qal dan fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram f’messaġġ akkumpanjat minn żewġ ritratti li juruh jippjana l-baġit għall-2017 li fih introduċa ħemel ta’ miżuri soċjali li komplew jaqilgħu n-nies mill-faqar waqt li komplew jippremjaw il-bżulija tal-familji middle class.
Ritratt: Joseph Muscat/ Instagram