Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) se tħallas kumpens xieraq lil min jagħti nformazzjoni li twassal għall-qbis u l-kundanna tal-persuna/i li fil-jiem li għaddew kienu responsabbli għall-isparar u qtil ta’ tajr protett.
L-FKNK ħabbret dan fuq is-sit soċjali ta’ facebook, fejn il-Kap Eżekuttiv Lino Farrrugia, stqarr li dawn l-atti kriminali qed iqajmu ħafna dubji u qed jagħmlu ħsara kbira lill-kaċċaturi u n-nassaba ġenwini Maltin u Għawdxin.