Fil-kapitali Maltija, il-Prim Ministru kompla juri r-ruħ soċjali ta’ Gvern Labursita. Huwa semma anomalija li kawża tagħha, mijiet ta’ persuni mhux jitħallew jissellfu mill-banek minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa.
Qal li, “Persuna bħal dan il-ħabib tiegħi meta jiġi biex japplika għal bank loan persuni li jbatu bi problemi mediċi ma japplikawx minhabba life insurance. Konxju li saret ħidma imma se nagħti direzzjoni biex din l-anomalija tiġi solvuta”
Dr Abela rrimarka d-differenza bejn iż-żewġ Partiti politiċi f’pajjiżna. Qal kif filwaqt li Gvern Laburista kien qed jippreżenta l-aqwa budget fl-istorja ta’ pajjiżna, Jason Azzopardi kien qed jirrapreżenta lir-Repubblika f’każwa li fetħu fil-Qorti Ewropea kontra l-Qrati Maltin.
Spjega li, “Kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni, tal-Ġustizzja qiegħed barra minn xtutna quddiem il-qorti Ewropea jipprova li l-qorti jikolassaha. Dik li qed jipprova jaghmlu huwa letteralment li l-Qrati tal-Ġustizzja jġibuhom għarkupptejhom”
Dr Abela kompla jispjega ċ-ċirkostanzi wara din il-kawża li qed jiġġieled kontra Malta Jason Azzopardi.
Spjega li, “Il-bidliet li għamilna kif jinħatru ġudikatura qabel magħhom kulħadd mela tgħidli x’sens hemm li tibqa’ għaddej kawża li tipprova twaqqa’ kif kienu jinħatru l-imħallfin fis-snin li għaddww meta l-kwistjoni llum hija magħluqa”
Hawnhekk, Dr Abela fakkar kif il-Gvern bidel il-leġislazzjoni dwar kif jinħatru l-ġudikanti, liema bidla ġabet ir-reazzjoni pożittiva tal-Kummissjoi Ewropea u tal-Kummissjoni Venezja.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-karigi ta’ Kapijiet Eżekuttivi ta’ Aġenziji tal-Gvern, u stqarr li se jaghti direzzjoni biex il-ħidma tal-kapijiet eżeukttivi tkun iffukata biss fuq l-awtorità li jmexxu.
Qal li, “Id-direzzjoni hija ċara. Dak li ġara fil-passat ma rridux jibqa’ jiġri. Kull Kap Eżekuttiv ta’ kull Awtorita huwa mħalla b’salarju li ji’boq darbtejn dak tal-Ministru, l-enfasi trid tkun esklussiva fuq il-ħidma tal-awtoritajiet.”
Dan b’differenza għal dak li kien isir fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti meta kien hemm Kapijiet Eżekuttivi li filwaqt li kienu jmexxu Awtorità, kellhom ukoll negozji b’interess dirett fis-settur.
Hawnhekk il-Prim Ministru ġab l-eżempju għal dak li kien isir fi Transport Malta li kien imexxi l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt.