Din is-sena qed infakkru l-25 sena mill-mewt tad-drammaturgu Francis Ebejer, il-bniedem li grazzi għalih, l-udjenzi Maltin tgħallmu lezzjonijiet siewja mill-hekk imsejjaħ Teatru tal-Assurd.
Minħabba l-assurdità tad-drammi ta’ Ebejer, għexieren ta’ diretturi kemm-il darba taw togħma differenti għall-istejjer tiegħu. Din id-darba, id-direttur żagħżugħ Clive Piscopo, se jwaħħad erba’ drammi li nkitbu mid-drammaturgu fl-1985. Drammi li forsi l-udjenza Maltija mhux familjari magħhom…