Vjaġġ li qabel kien jeħodlu tmien siegħat għamlu f’sagħtejn grazzi għat-titjiriet diretti offruti mill-linja nazzjonali Air Malta għall-ewwel darba lejn il-gżira ta’ Ibiza.
Id-Dj Malti Carl Bee ilu ħames snin idoqq fl-aqwa destinazzjoni tad-divertiment fil-Mediterran, Ibiza. Iżda l-vjaġġ għalih kien ta’ uġiegħ ta’ ras għaliex kien jeħodlu tmien siegħat u jkollu jaqbad żewġ ajruplani u jistenna f’ajruporti matul il-lejl.
“Kont imur via connection Barċellona. L-airport kollox magħluq bil-laptop, jew torqod tistenna l-vjaġġ ta’ filgħodu.”
Iżda grazzi għall-Air Malta, nhar it-Tlieta il-vjaġġ għamlu f’sagħtejn. Dan hekk kif tul dan is-sajf, l-Air Malta bdiet topera titjira diretta kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa lejn Ibiza.
“Hassle free sagħtejn flight biex tagħzel ibiza flok tmien siegħat jew seba siegħat.”
Magħrufa bħala l-gżira li ma torqod qatt, Ibiza tattira eluf ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja biex igawdu d-divertiment li toffri.
Dan is-sajf ingħaqdu magħhom mijiet ta’ żgħażagħ Maltin li kellhom konettività aħjar bl-ajru grazzi għat-titjiriet offruti mill-Air Malta, hekk kif fin kienet waħda mir-rotot il-ġodda tal-Air Malta dan is-sajf.
Id-DJ Malti qal li l-ajruplan kien mimli b’passiġġieri Maltin, iżda mhux biss.
“Tlett kwarti minnhu mimli maltin. Imma kien hemm Sqallin uzawh bħala connection l-flight tal-Air Malta. Kien hemm ukoll Spanjoli li jridu jmorru lura Ibiza.”
Huwa ddeskriva t-titjiriet diretti minn Malta għal Ibiza bħala ġenna tal-art, għax naqsulu l-problema ta’ konettività biex jagħzel f’din il-gzira li jmorru fiha fost l-aqwa DJs fid-dinja.
“Anki il-ħinijiet tal-flights tajbin. Kulħadd l-stess kelma l-Maltin rawhom bħala ġenna tal-art.”
Ir-rotta l-ġdida ta’ Ibiza hija waħda mir-rotot il-ġodda li qiegħda toffri l-Air Malta, bħala mill-istrateġija tal-Air Malta biex ikun hemm aktar konettività aħjar lejn il-Gżejjer Maltin.