Tim tat-tielet diviżjoni Spanjola ħarġu b’dak li qed ikun deskritt bħala l-aktar kit stramb bl-istorja tal-football.
Kit iddisinjat mid-ditta Taljana Kappa, u li jagħmel lill-isportivi aktar immuskolati, litteralment.
Fuq twitter, ritratti tal-Club Deportivo Palencia Balompié kienu akkumpanjati mill-hashtag ‘Nosdejamoslapiel’, li tfisser ‘se nagħtu saħansitra l-ġilda tagħhna’ – indikazzjoni tax-xewqa kbira li t-tim għandu biex jilħaq it-tieni diviżjoni.
B’differenza mill-kumplament tal-players, il-goalkeeper għandu verżjoni vjola tal-anatomija umana. Huma biss l-kalezzetti li jixbħu kit tal-football kif nafuh issoltu.
Evidenti li l-kit m’għoġobx lil kulħadd!

Minkejja li din xi ħaġa ġdida fil-football, fid-dinja taċ-ċikliżmu mhix. Infatti fl-2001, iċ-ċiklist Taljan Mario Cipollini għamel xi ħaġa simili waqt il-Giro d’Italia.