Il-Partit Laburista staqsa x’se jkun qiegħed jagħmel Simon Busuttil b’rabta mal-involviment ta’ nies qrib il-PN f’Panama Papers.
F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ingħata elenku ta’ min huma dawk qrib il-PN li isimhom tfaċċa hemm. Bħal kif il-kumpanija ta’ oħt Richard Cachia Caruana tant serviet ta’ intermedjarja li ma setgħetx issir grafika bħal fil-każ ta’ kumpaniji oħra.
Galdes innota kif din il-kumpanija mhux biss tingħata konsulenza minn Richard Cachia Caruana iżda anke minn Noel Buttigieg Scicluna, ieħor qrib il-PN.
Il-Ministru Chris Cardona fakkar kif Simon Busuttil kien tefa’ allegazzjonijiet serji dwar kull min jiftaħ kumpanija offshore. Iżda, issa qed jipprova jiġġustifika lil min jgħin biex dawn il-kumpaniji jinfetħu. Staqsa jekk hemmx nies imniżżla fil-Panama Papers li daħlu wkoll fl-iskema taċ-ċedoli tal-Partit Nazzjonalista.