Raġel ta’ nazzjonalità Indjana se jtella’ l-ġenituri tiegħu l-Qorti talli tawh il-ħajja mingħajr ma talbu l-kunsens tiegħu.
L-imprenditur minn Mumbai, Raphael Samuel, li għandu 27 sena, qal lil BBC li huwa ħażin li ġġib it-tfal fid-dinja minħabba li dawn iridu jħabbtu wiċċhom ma’ tbatija tul ħajjithom kollha.
Is-Sur Samuel qal li jmur tajjeb ħafna mal-ġenituri tiegħu li t-tnejn li huma huma avukati.
Ommu Kavita Karnad Samuel qalet, li li kieku binha kellu spjegazzjoni li tagħmel sens ta’ kif huma setgħu jiksbu l-kunsens tiegħu, hi tammetti t-tort.
Missier iż-żgħażugħ qal li din hija kollha filosofija li tgħid li l-ħajja mimlija miżerja għan-nies tad-dinja u li n-nies m’għandhomx ikollhom tfal għaliex kemm id-dinja u kemm l-annimali li jinsabu fiha jkunu ħafna aħjar.