Minn nhar it-Tnejn 22 t’April 2024, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jkun qed jingħalaq b’mod temporanju għal xogħlijiet kbar li se jsiru fih, b’xogħlijiet ta’ modernizzar, manteniment u titjib fis-servizzi offruti.
Għalkemm se jkun qed isir dan ix-xogħol kollu, it-teħid tad-dmija se jibqa’ jsir minn parti apposta fl-istess Ċentru.
Is-servizzi l-oħra se jkunu qed jiġu trasferiti għaċ-Ċentri l-oħra, kif ukoll fi kliniki magħżula. Dawk kollha li kellhom appuntamenti wara l-21 t’April, dawn se jkunu qed jiġu kkuntatjati individwallment u mogħtija d-dettalji ta’ fejn se jkun qed jiġi trasferit l-appuntament tagħhom.
Dawk li jkollhom bżonn jattendu għal xi servizz, qed jintalbu jmorru fiċ-Ċentri l-oħra tal-madwar, fosthom tal-Mosta jew ta’ Ħal Qormi.