Il-Pulizija u l-esperti maħtura mill-Maġistrat inkwerenti qed jissoktaw bl-investigazzjoni tagħhom b’rabta mal-każ fejn ilbieraħ mara ta’ 50 sena mietet kawża ta’ nirien fid-dar tagħha.
Dalgħodu qed isir aċċess fuq il-post fejn ftit tal-ħin ilu dehru kemm il-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat Joe Mifsud, għaddejjin bil-ħidma tagħhom ukoll il-Perit Richard Aquilina u l-espert David Borg Saidon.
Minn tagħrif li kiseb one.com.mt jirriżulta li se jkunu qed isiru testijiet tad-DNA biex jistabbilixxu b’ċertezza l-identitá tal-mara.
Għalkemm ir-residenza tindika b’mod ċar l-identitá tal-vittma l-investigaturi jrid ikollhom iċ-ċertezza legali, li f’dan il-każ, fejn il-mara sofriet ħruq estensiv, tasal biss permezz ta’ testijiet tad-DNA. Dalgħodu se ssir ukoll l-awtopsja.
Imkejjen qrib l-investigazzjoni tal-Pulizija qalu li minn fuq il-post ġew elevati heater tal-elettriku kif ukoll sigaretti.