Fix-xhur li ġejjin se jibda xogħol ta’ restawr fuq in-niċċa tar-Redentur f’Ħaż-Żabbar. Dan tħabbar mis-Sindku Żabbari Jorge Grech
Din in-niċċa tinsab fl-entratura taċ-ċimiterju ta’ din il-lokalità. Hija kienet mibnija fl-1813 fuq stil Doriku.
Dan ir-restawr se jsir bil-fondi GalXlokk permezz tal-miżura restawr t’oġġetti artistiċi u b’valur storiku.