Fi stqarrija l-Pulizija qalet li bdiet il-proċess għall-ħruġ ta’ mandat t’arrest Ewropew sabiex jiġi intraċċat u sussegwentement miġjub lejn Malta t-tielet suspettat allegatament involut fil-qtil doppju li seħħ f’Tas-Sliema nhar it-Tlieta 18 ta’ Awwissu.
Dan ifisser li t-tielet suspettat fil-qtil ħarab mill-pajjiż.
Il-pulizija qalet li informazzjoni tindika li t-tielet suspettat allegatament involut fil-każ ħarab minn Malta b’titjira lejn pajjiż li jinsab fiż-żona Schengen.