Għada se jinħareġ avviż legali li se jirregolarizza il-prezzijiet tal-maskri għall-wiċċ u l-Face Shields.
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar, Silvio Schembri ħabbar li permezz ta’ dan l-avviż legali, il-maskli se jibdew jinbiegħu għal 0.95ċ filwaqt li l-Face Shields se jinbiegħu għal €5.
Il-Ministru Schembri sostna li dan qed isir fl-interess taċ-ċittadini. Huwa rringrazzja lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista għall-koperazzjoni tagħħhom.