Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Malta se joffri boroż ta’ studju għal dottorat lil studenti li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà biex jistudjaw full-time fi ħdan l-Istitut Ewropew tal-Università ta’ Fiesole, Firenze.
Dan l-istitut, li jilqa’ fih komunità akkademika qrib id-900 student minn 75 pajjiż differenti, joffri firxa kulturali wiesgħa u opportunitajiet għal studju f’diversi oqsma ta’ riċerka.
Ta’ kull sena, l-istitut joffri programmi għal dottorat lil madwar 150 akkademiku. Dan ikopri spejjeż ta’ miżati għat-tagħlim u għotja ta’ kull xahar.
Il-programmi kollha li jwasslu għad-dottorat fi ħdan l-Istitut Ewropew tal-Università ta’ Fiesole jistgħu jkunu koperti minn finanzjar mill-Unjoni Ewropea. Studjużi u akkademiċi interessati għandhom iżuru dan is-sit tal-Istitut Ewropew:
https://www.eui.eu/ServicesAndAdmin/AcademicService/DoctoralProgramme/GrantInfo/Malta
Dettalji ta’ boroż ta’ studju mogħtija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jistgħu jinkisbu mis-sit: