Il-President Amerikan Joe Biden mistenni jneħħi għalkollox liġi tal-predeċessur tiegħu li ċċaħħad persuni transesswali milli jissieħbu fl-Armata Amerikana.
Donald Trump kien għadda din il-liġi fl-ewwel sena tiegħu bħala President, u kien ħabbarha fuq Twitter. S’issa qed ikun irrappurtat li Biden se jħabbar dan waqt ċerimonja li se jattendi t-Tnejn mal-Ministru għad-Difiża tal-pajjiż, Lloyd Austin.
Sa qabel ma kienet għaddiet il-liġi ta’ Trump, kien hemm aktar minn tmint elef persuna transesswali jaħdmu fid-diversi fergħat tal-Armata Amerikana.