Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi, qal li se jkun iffirmat il-kuntratt biex jinbena l-pont tal-Imrieħel. Dan hu l-pass li jmiss bil-għan li dan il-pont, li huwa meqjus bħala bżonnjuż ħafna minn parti tal-komunita Qormija, jkun jista’ jibda jinbena.
Joe Mizzi ta dan it-tagħrif fil-parlament.
L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar kienet diġa’ approvat il-pjani tal-pont u ħarġet il-permess biex jinbena. U kien wara dan li fl-2014 ħarġet sejħa ta’ espressjoni ta’ interess. Proċess li ħa fit-tul ftit iktar milli mistenni.
F’ Awwissu 2005 f’dan il-bypass żewġ tfajliet Qriema, Emma Housley ta’ 17-il sena u Graziella Fenech ta’ 13-il sena tilfu ħajjithom wara li tajrithom karozza waqt li qed jaqsmu t-triq.