Fil-qari tal-Budget għall-2022 tħabbar ukoll proġett ieħor ħabib tal-ambjent u li se jkompli jsebbaħ il-Belt.
Fil-fatt, dan il-proġett se jinkludi l-installazzjoni ta’ dawl ġdid u effiċjenti fit-toroq tal-kapitali, inkluż fuq binjiet ta’ interess u faċċati ta’ knejjes.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġie spjegat ukoll kif matul it-tieni fażi ta’ dan il-proġett se jsir disinn u installazzjoni ġdida ta’ dwal mad-dawra tal-Belt u ż-żoni pedonali tal-Belt Valletta.
Intant se jkunu wkoll allokati fondi biex Kunsilli Lokali jwettqu proġetti ta’ żvilupp sostenibbli fil-komunitajiet permezz ta’ kompettizzjonijiet differenti.