In-negozjati b’rabta mal-ftehim kollettiv tal-edukaturi tal-MCAST se jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan kien ikkonfermat mill-President tal-Unjin tal-Għalliema, l-MUT Marco Bonnici, waqt intervent li għamel f’attività tal-Partit Laburista l-Ħadd filgħodu.
Bonnici laqa’ l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela li t-Tribunal m’huwiex il-format ideali u b’hekk ħeġġeġ biex ikomplu n-negozjati.
Għaldaqstant, l-President tal-MUT, tenna kif in-negozjati bejn il-partijiet komplew u mistennija jissoktaw fil-ġimgħat li ġejjin.