Żagħżugħ Somalu ta’ 21 sena ngħata s-sentenza ta’ 30 xahar ħabs wara li ħebb għal raġel b’sikkina f’San Ġiljan u seraqlu l-mowbajl.
Il-każ seħħ f’Marzu tas-sena li għaddiet meta l-akkużat kien diġà f’perjodu effettiv ta’ sentenza sospiża li ngħatatlu f’Awwissu tas-sena ta’ qabel.
Għalkemm fil-Qorti qam l-argument li s-Somalu ma kienx jaf x’qed jagħmel għax kien taħt l-effett tal-alkoħol, il-Qorti sabet lis-Somalu ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u ġie kkundannat għal sentenza ta’ tletin xahar ħabs u mmultat mija u sittax –il ewro.