Persuna arrestata se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.
Persuna suspettata għandha tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat għandu jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.
Dan tħabbar illum wara li kien ippubblikat abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ id-dritt ta’aċċess għal avukat privat fl-iktar mumenti fejn persuna tkun vulnerabbli.
L-abbozz ta’ liġi tressaq mill-Ministru Owen Bonnici bil-għan li tiġi implimentata direttiva Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’proċeduri kriminali u f’dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.
Uħud mill-provizjonijiet diġa’ huma parti mill-liġi Maltija iżda permezz ta’ dan l-abbozz ta’ liġi ġdid, se jkunu qegħdin jissaħħu.
L-Avukat Ġenerali Peter Grech qal li dan mistenni jkun l-ewwel abbozz li se jkun dibattut hekk kif jiftaħ il-Parlament -professjonisti jistgħu jagħtu ħarsa lejn l-abbozz u jgħaddu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
Tista’ tara l-abbozz hawn.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/COURTS-OF-JUSTICE-MLT-2016-september.pdf”]