L-Att li jirregola l-użu tal-Blue Badge huwa pass kruċjali għall-persuni b’diżabilità u għal min jieħu ħsiebhom. Minkejja li din il-karta inħolqot snin ilu, din il-proċedura qatt ma kienet regolata b’liġi u dan seta’ ta lok għall-anomaliji u tbatija żejda.
Minħabba li qatt ma’ nħolqot proċedura li tirregola l-użu abbużiv tal-Blue Badge, l-abbużi matul is-snien żdiedu b’mod flagranti.
Permezz tal-liġi l-ġdida, filwaqt li qed tingħata forma uffiċjali lill-Blue Badge, qed ikunu stabbiliti kriterji ta’ eliġibilità, proċedura, struttura u reat għal min jabbuża.
Il-Liġi ħolqot ukoll reati għal min jabbuża mill-Blue Badge u għal kull abbuż hemm ukoll piena. Huwa fatt li qabel ma kienx hemm qafas legali li jippermeti l-infurzar u allura l-forzi tal-ordni ftit li xejn setgħu jagħmlu. Issa pero’ hemm liġi, reati u pieni u allura hemm struttura sħiħa biex appunti jsir l-infurzar.
Il-multi ser jkunu fost l-eħrex fl-Ewropa, b’hekk il-multa għal dawk li jinqabdu l-ewwel darba ser tkun ta’ mhux anqas min Eur230 u mhux aktar min Eur500, inkluż it-“towing” tal-karozza, filwaqt li t-tieni multa ser tkun ta’ mhux anqas minn Eur1000 u mhux aktar min Eur1500 li ukoll jinkludi it-“towing” tal-karozza.
Din il-liġi hija waħda mis-sensiela ta’ inizjattivi li qed jieħu dan il-Gvern fil-qasam tad-diżabilità għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tagħhom u ta’ dawk kollha li huma nvoluti fis-settur.
https://www.youtube.com/watch?v=Jo7LfVZteFU