Wara t-temp kiesaħ li għamel fl-aħħar xhur, huwa mistenni li jkollna temp xemxi tul Frar. Normalment Frar ikun l-aktar xahar kiesaħ iżda din is-sena jidher li dan mhux se jkun il-każ. Minkejja li t-temperatura xorta se tkun waħda Xitwija, xorta waħda qed jiġi mbassar li tkun aktar mit-temperatura medja ta’ Frar. Din mhux daqshekk aħbar tajba għal dawk li jħobbu l-maltemp, iżda dawk li diġa’ qed jgħoddu l-ġranet biex imorru jixxemxu, żgur li se jkunu qed jieħdu gost b’temperatura aktar sħuna.