Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis għamlu kuntatt mal-anzjan li allegatament ġie aggredit iktar kmieni din il-ġimgħa waqt li kien qiegħed fuq tal-linja mal-mara tiegħu.
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari assiguraw lill-anzjan li Transport Malta qed tiżgura li l-operatur tas-servizz qed jikkolabora mal-pulizija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ dan l-inċident u jiġi żgurat li kemm-il darba huwa l-każ, issir il-ġustizzja.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/09/04/isawtu-anzjan-ghami-fuq-tal-linja-wara-li-martu-talbithom-biex-icedulu-l-post/