Sitt pajjiżi se jkunu qed jiżdiedu mal-lista ta’ destinazzjonijiet ġodda.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela fejn spjega kif Malta se tkun qed tiftaħ l-ajruport għall-Italja, Spanja, Franza, il-Polonja, il-Kroazja u l-Greċja mill-1 ta’ Lulju.
L-ajruporti kollha se jkunu qed jinfetħu minbarra dawk fit-Tramuntana tal-Italja. Id-destinazzjonijiet lejn Franza se jkunu kollha miftuħin minbarra lejn reġjun wieħed, l-istess fi Spanja.
L-Iżrael se jkun qed jitneħħa minn fuq il-lista ta’ titjiriet fid-dawl tal-aħħar żviluppi tal-Covid-19.
L-aħħar restrizzjonijiet fuq vjaġġar se jiġu rtirati fil-15 ta’ Lulju, meta dakinhar pajjiżna se jiftaħ lejn id-destinazzjonijiet kollha.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/06/14/il-pm-ihabbar-li-fis-sighat-li-gejjin-se-titnehha-l-emergenza-ta-sahha-pubblika/
https://www.one.com.mt/2020/06/14/se-jithabbru-incentivi-biex-in-nies-jidhlu-izjed-l-belt-il-pm/