Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet ta’ dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ħabbar li mis-16 ta’ Awwissu, in-numru ta’ persuni li jistgħu jattendu għal attivitajiet tal-massa kkontrollati se jitla’ għal 300.
Mit-30 ta’ Awwissu mbagħad in-numru ta’ kull cluster se jkun qed jitla’ għal 500.
Dawn l-attivitajiet se jibqgħu bl-istess protokolli u se jibqgħu miftuħin għal dawk biċ-ċertifikat tal-vaċċin jew riżultat negattiv għall-virus f’każ għal tfal ta’ bejn il-ħames snin u l-ħdax-il sena.