Il-Kamra tad-Deputati tal-Istati Uniti se tkun qed tivvota dwar kif għandha tipproċedi bl-inkesta dwar il-mozzjoni għat-tneħħija tal-President Amerikan Donald Trump. Bħalissa għaddej dibattitu li beda fis-2 ta’ wara nofsinhar. Id-Demokratiċi li għandhom 234 mill-435 siġġu tal-kamra għandhom bżonn maġġoranza sempliċi biex tapprova r-riżoluzzjoni.
Il-votazzjoni fuq ir-riżoluzzjoni huwa dwar jekk għandux jiġi stipulat il-fażi aktar pubblika tal-proċess u mhux jekk għandux jitneħħa l-President jew le. Il-miżura tistabilixxi wkoll id-drittijiet li se jkollhom l-avukati tal-President Trump.
Din il-mozzjoni ġiet imnebbħa wara akkużi li l-President Trump pprova jagħmel pressjoni fuq l-Ukrajna biex tinvestiga talbiet ta’ suspett korruzzjoni kontra Joe Biden, kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali u ibnu li ħadem ma’ kumpanija Ukrena tal-gass.