Fil-lokalità ta’ Paceville se jkunu qed jiġu installat kamera bl-aħħar teknoloġija sabiex jiġi mħares is-sigurtà fejn jinħtieġ.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif għadu kif twaqqaf il-Joint Innovation Centre (JIC) sabiex jiġi żviluppat l-kunċett ta’ Safe City għal bżonnijiet ta’ Malta. B’Safe City nifhmu l-użu tà teknoloġiji avvanzanti fl-qasam tat-telekomunikazzjoni, sorveljanza viżiva, u l-informatika bil-għan li tissaħħaħ s-sigurtaˋ fejn ikun jinħtieġ. Fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex ġie nstallat l-apparat neċessarju f’data centre għal użu fuq bażi sperimentali u fejn l-apparat ta’ sorveljanza viżiva qiegħed jintuża biss f’ambjent mhux pubbliku u f’rispett sħiħ tal-liġijiet tal-privacy billi jiġu wżati best practices internazzjonali.
Matul is-sena d-dieħla, wara konsultazzjoni, din it-teknoloġija se tibda tiġi implimentata f’lokalitajiet bħal Paceville, fejn hemm bżonn li tissaħħaħ is-sigurtaˋ u tiġi kkontrollata mġieba anti-soċjali fil-pubbliku, f’qafas legali u fejn jiġu mħarsa d-drittijiet umani. Inħawi oħra li qed jiġu kkunsidrati jinkludu l-Marsa.