Rapporti qed jgħidu kif il-Pulizija identifikat il-persuna li organizzat party illegali fl-inħawi tal-White Rocks f’Pembroke fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri grupp kbir ta’ nies ġo xulxin waqt party, fejn għal dan, ir-rapporti qalu kif il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post.
Il-Pulizija qalet li se jkunu qed jittieħdu passi kontra l-organizzaturi b’rabta mal-liġijiet dwar attivitajiet tal-massa fi żmien ta’ pandemija kif ukoll li organizzaw attività kummerċjali mingħajr liċenzja.