L-awtoritajiet fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan se jibdew jagħmlu testijiet tal-Coronavirus lill-popolazzjoni kollha hekk kif reġgħu nstabu xi każijiet pożittivi ta’ COVID-19, wara aktar minn sena bla każijiet.
Madwar 15-il provinċja fiċ-Ċina ġew affettwati, għalhekk il-Gvern Ċiniż talab biex isir l-ittestjar fuq gruppi kbar ta’ nies madwar il-pajjiż kif ukoll restrizzjonijiet biex l-infezzjonijiet ma jinfirxux.