Hekk kif il-Milied jinsab jiem ‘il bogħod, Malta u Għawdex tibda tħejji għat-tradizzjoni li tmur lura għexieren tas-snin, dik tad-dimostrazzjoni tal-Bambin.
Fil-fatt, fil-Belt Valletta, se jkunu qed jittellgħu żewġ dimostrazzjonijiet bil-Bambin, bl-ewwel waħda se ssir fil-Valletta Waterfront nhar l-Erbgħa li ġej, 18 ta’ Diċembru u se tibda fis-19:30 minn ħdejn il-parking tal-istess Waterfront.
It-tieni dimostrazzjoni bil-Bambin, li hi meqjusa bħala d-dimostrazzjoni ewlenija, se ssir il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru. Din id-dimostrazzjoni se tibda fis-18:00 minn quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Vitorja, u se tgħaddi mill-qalba tal-Belt Valletta.
Fil-Mosta, partikolarment fir-Rotunda tal-Mosta, se jittella’ dramm mit-tfal tal-MUSEUM bl-isem ta’ “West Bank”, hekk kif tidħol id-dimostrazzjoni tal-Bambin, li se tkun qiegħda żżewwaq it-toroq Mostin nhar l-24 ta’ Diċembru fis-18:00 mill-MUSEUM tas-subien.