L-aqwa siltiet minn Pirates of The Caribbean, The Lion King, The Chronicles of Narnja, Aladdin u Les Miserable, fost ħafna oħrajn, se jingħataw il-ħajja f’lejla spettakolari mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija, bl-isem ta’ “Night at The Movies”.
Dan il-kunċert se jkun qiegħed isir nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Banda, Maestro Anthony Cassar.
Fi stqarrija maħruġa mill-Korp tal-Pulizija ntqal li kull min se jkun qiegħed jattendi għal dan il-kunċert se jittieħed fi vjaġġ maġiku mużikali ta’ wħud mill-aqwa films li ħarġu fl-aħħar snin.
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa ta’ €15 u jista’ jixtri l-biljetti minn fuq is-sit elettroniku ShowsHappening.com.
Night At The Movies – A Musical Concert By The Malta Police Band | ShowsHappening