Is-Soċjeta’ Filarmonika G. M.Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ser jittella’ il-kunċert mużikali tagħha fl-10 ta’ Novembru fis-Sala Temi Zammit fl-Università ta’ Malta ifs 7 ta’ filgħaxija.
Il-kunċert ta’ din is-sena ngħata l-isem ta’ ‘De Paule in Concert – Grandioso’. Il-Banda Kristu Re, issa saret magħrufa għal dawn il-kunċerti li ilhom jsiru għal dawn l-aħħar 30 sena. Bħal snin oħra dan il-kunċert se joffri spettaklu kbir b’esperjanzi mużikali, vokali u viżivi mill-aqwa lil dawk kollha li jattendu! Wara s-suċċess tal-kunċerti li għaddew minn din il-banda fi snin passati din is-sena nistgħu ngħidu li ħa jkun wieħed mhux b’inqas.
Għal din is-sena ntgħażlet mużika varjata li tolqot lil kull ġeneru. Minbarra siltitiet klassiċi ta’ Beethoven u Strauss, ser tindaqq mużika li ser tindaqq għall-ewwel darba minn banda Maltija. Din hija biċċa mużika meraviljuża mill-kompożitur spanjol Josè Alberto Pina li għandha tinżel tajjeb ħafna ma kull min jattendi. Mil-lat kontemporanju se jkun hemm biċċiet mid-diski tal-grupp ‘Queen’, soundtracks ta’ films, solijiet, mużika Pop u ovvjament silta mużikali mill-pinna tas-surmast stess. Fost il-kantanti lokali insibu lil Kristy Spiteri u Kim Grech. Ser tindaqq ukoll biċċa mużika taħt id-direzzjoni ta’ Surmast Onorarju li kien id-direttur tal-Banda meta’ rebħet il-konkofs tal-Baned, 25 sena ilu.
Id-direzzjoni mużikali u artistika ta’ dan il-Kunċert ser tkun dik David Joseph Sammut, surmast direttur tal-istess Banda. David għandu bosta esprjenzi f’dan il-qasam kemm f’Malta kif wkoll barra minn Malta fosthom fl-Italja u Dubai.
Aktar informazzjoni dwar da nil-Kunċert tinstab fuq il-paġna uffiċċjali tas-Socjetà fuq Facebook – Socjetà Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule Banda Kristu Re jew fuq il paġna bl-isem ta’ De Paule in Concert – Grandioso
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas iżda jkun apprezzat jekk min jattendi jagħti donazzjoni mad-dħul tal-kunċert b’risq is-Soċjeta’. Għal biljetti idhlu fuq din il-link : https://www.ticketarena.com.mt/ticket/?event=489061