Minħabba raġunijiet tekniċi, ajruplan tal-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, ma setax jopera mill-ajruport ta’ Orly ta’ Pariġi. Dan intqal fi stqarrija tal-Air Malta li fissret kif l-inġiniera tagħha jinsabu fi triqithom lejn Pariġi biex jispezzjonaw u jsewwu l-ajruplan. Intqal li l-Linja Nazzjonali tal-ajru pprovdiet akkomodazzjoni u ikel lil dawk il-passiġġieri li kellhom ikunu fuq din it-titjira lejn Malta. Konsegwenza ta’ dan, numru ta’ titjiriet tal-Air Malta li kienu skedati għal-lum se jittardjaw.
Fost dawn se jittardjaw it-titjirijiet KM116/7 minn u lejn Gatwick f’Londra u t-titjiriet KM102/3 minn u lejn Heathrow. Il-passiggieri affetwati se jingħataw assistenza li tinkludi ikel skont l-estensjoni ta’ dewmien fit-titjira u anke anke kumpens skont il-liġi.
Kelliem għall-Air Malta qal li l-linja nazzjonali tal-ajru tat importanza massima lis-sigurtà tal-klijenti u l-istaff. Il-linja tal-ajru skużat ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ tinqala.