F’12:00 pm ser jitressaq il-Qorti ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena li ġie arrestat mill-pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wara li allegatament seraq numru sostanzjali ta’ mobiles minn ħanut f’Birkirkara.
Il-każ seħħ fit-2 ta’ April li għadda għall-ħabta tas-siegħa u għoxrin ta’ filgħodu.
Dawn serqu tlettax-il mobile, b’valur ta’ madwar tmien t’elef ewro.
Il-pulizija qalet li rnexxielha tasal għal wieħed miż-żewġ persuni li allegatament jifforma parti minn grupp ta’ persuni nvoluti f’ċirku ta’ serq ta’ mobiles li imbagħad jinbiegħu fis-swieq barranin.
Minn aktar investigazzjonijiet sar magħruf li l-mobiles li nsterqu f’din is-serqa nbiegħu lokalment.