Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 45 sena minn Birikirkara wara li kien imfitte mill-Pulizija b’rabta ma’ hold-up li sar f’ħanut f’Bormla fl-14 ta’ Marzu.
Huwa kien arrestat f’post fejn allegatament kie qed jistaħba.
Ir-raġel ta’ 45 sena se jkun qed jitressaq il-Qorti illum, fil-11:00 ta’ quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, mill-Pulizija tad-Distrett u tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
Dan sar permezz ta’ ħidma kkordinata bejn il-Pulizija taż-Żejtun u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
Intant il-Pulizija għadha għaddejja b’ħidma f’diversi lokalitajiet sabiex ikun żgurat li ħadd ma jikser il-liġi b’rabta mal-Coronavirus.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/03/14/serqa-fbormla-tfittxija-ghall-aggressur/