Maurice Robinson ta’ 25 sena, sewwieq ta’ trakk se jiġi akkużat b’39 akkużi ta’ qtil involontarju b’rabta mal-iġsma li nstbu f’kontejner f’Essex. Robinson se jidher il-Qorti tal-Maġistrati f’Chelmsford għada. Huwa se jkun qed jiġi akkużat dwar traffikar ta’ nies.
Stqarrija tal-Pulizija qalet li s-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna awtorizza lill-Pulizija biex titfa’ taħt akkużi lil Robinson li nhar il-Erbgħa li għadda nstabulu 39 persuna mejta fit-trakk tiegħu. Huwa kien arrestat ftit wara l-iskoperta f’Waterglade.
Intant, tliet persuni oħra ġew arrestati b’rabta ma’ din l-investigazzjoni.