Ganiż ta’ 25 sena ġie arrestat, b’rabta ma sejba ta’ 50 borża żgħira b’sustanza suspettata kannabis, li allegatament kienu lesti biex jiġu ttraffikati, flimken ma’ €2,800 fi flus kontanti.
Ir-raġel ġie arrestat fi Ġnien Belvedere, il-Marsa mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga bl-għajnuna tar-Rapid Intervention Unit.
Meta ġie avviċinat mill-Pulizija r-raġel beda jsir aggressiv, kien għalhekk li ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, li pruvaw ikellmuh, però huwa kompla jsir aggressiv u ma bediex jobdi l-ordnijiet tagħhom.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras, li ħatret inkjesta.
Ir-raġel qiegħed jinżamm il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud, għall-ħabta tal-9:45am.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/09/02/mixli-bi-traffikar-tad-droga-u-li-pprova-jiehu-pistola-tal-pulizija/
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.