Tnieda l-Istitut Malti għar-Responsabbilità Soċjali Korporattiva, inizjattiva favur l-użu aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma.
L-inizjattiva tħabbret fiċ-Ċentru Għajn li jagħti informazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Ilma Għajn, u għandha l-għan li tkompli twessa’ l-firxa ta’ attivitajiet edukattivi dwar il-konservazzjoni tal-ilma.
Din l-inizjattiva hija parti minn proġett aktar wiesa’ ffinanzjat mill-Programm tal-Ilma tal-Bank HSBC li se jippromwovi l-importanza tal-ilma tax-xorb fl-iskejjel.
Il-Ministru Mizzi al li l-programm se jkun offrut lil entitajiet kummerċjali li jixtiequ jtejbu l-għarfien tal-ħaddiema tagħhom dwar l-użu sostenibbli tal-ilma.
Matul it-tnedija, il-ko0rdinatur tal-pogramm Alexandra Mifsud tkellmet dwar miżuri żgħar li qed jgħinu lill-lukandi jifrankaw iktar flus mill-konsum tal-enerġija milli tal-ilma. Hija tkellmet ukoll dwar il-kunċett tal-green roofs li permezz tiegħu tista’ tiffranka ħafna enerġija.
Caroline Buhagiar Klass, il-Kap tar-Riżorsi Umani ta’ HSBC, qalet li l-bank qed jinvesti ħafna flus fil-konservazzjoni tal-ilma filwaqt li qalet li se jkunu installati water dispensers fi 12-il skola differenti.