Daħal f’fażi ġdida x-xogħolijiet fuq il-pont il-ġdid tal-Forti Sant’Anġlu, fil-Birgu.
Dan hekk kif ħdejn l-istruttura l-ġdida li se tintuża mill-vetturi, se jinbena wkoll pont għall-mixi li se joffri aċċess sigur u maqtugħ mill-vetturi, għall-persuni li jiffrekwentaw l-inħawi bil-pass.
Fuq Facebook, l-aġenzija Infrastructure Malta ħabbret li l-ewwel minn żewġ strutturi, li se jservu bħala pont pedonali, se jitpoġġew f’posthom bejn it-Tlieta 23 u l-Ħamis 25 ta’ Jannar.
Minħabba dawn ix-xogħlijiet, Infrastructure Malta ħabbret li fit-tlett ijiem imsemmija, l-aċċess għall-pont se jkun magħluq għal kollox.
L-aġenzija temmet tgħid li t-tqegħid tal-istruttura l-ġdida għall-karozzi se titpoġġa fix-xhur li ġejjin.